Thursday, December 26, 2024

Fil-Qorti Leone Ganado jinstab ħati ta’ “hate speech” kontra l-PM u l-Laburisti

Aqra wkoll

Godfrey Leone Ganado nstab ħati talli ppubblika kliem ta’ tixwix u mibgħeda fil-konfront tal-Prim Ministru u anke tal-eks Prim Ministru u anke kontra dawk li jappartjenu lil Partit Laburista.

Kien l-Avukat Daniel Attard li kien għamel kwerela fil-konfront ta’ Ganado għand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Maġistrat Jean Paul Grech hekk kif staqsa lil Ganado jekk iweġibx ħati jew le, l-akkużat qallu “minn hawn u ħames minuti oħra se nispiċċa fuq ONE”. Kien hawn li l-Maġistrat Grech qallu li hu kien staqsa biex jgħid iva jew le u xejn aktar minn hekk.

F’isen Ganado, l-avukat Kris Busietta qal li l-klijent tiegħu mhux se jibqa’ jikteb kummenti fuq il-midja soċjali “biex ma niġix miżinterpretat.”

Il-Maġistrat tah il-libertà kundizzjonata u li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien disa’ xhur u jekk jagħmel dan jerġa’ jinfetaħ il-każ. Hu ġie mmultat ukoll 250 ewro.

Ekonomija

Sport