Diversi gazzetti Taljani qed jirrappurtaw li Filip Kostic se jkun qed ifittex toroq oħra fl-aħħar ta’ dan l-istaġun hekk kif Juventus mhux beħsiebhom jikkonfermawh. Il-plejer Serb, li kien jilgħab ma’ Eintracht Frankfurt, kellu dan it-tieni staġun mal-Bianconeri li kien ferm diżappuntanti hekk kif ma rnexxielux jiskorja gowls għalkemm kellu s-sodisfazzjon li jwettaq erba’ assists lejn sħabu.
Sadanittant l-aġent tiegħu Alessandro Lucci qed jirċievi offerti mingħand Olympique Marseille sabiex jingħaqad magħhom sa minn Lulju li ġej.