Friday, April 19, 2024

Filippina tindarab serjament wara li ntlaqtet minn karozza

Aqra wkoll

Filippina ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ indarbet serjament wara li ntlaqtet minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30p.m. fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Maruti 800, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport