“Dan baqa’ jħawwadni minn meta sibnieha,” qalet Michelle Davies, li skopriet lil bintha Levi mejta “sena u ġurnata” wara li ġiet stuprata f’park f’Southampton.
Michelle tiftakar tara lil bintha titfarrak f’biċċiet matul dik is-sena. Hija stqarret “L-istupru qatilha dakinhar tal-attakk.”
Levi Davies, ta’ 20 sena, mietet fi Frar 2024 wara li ħadet ħajjitha b’iejha.
Michelle qatt mhu se tkun taf jekk dan kienx ippjanat jew jekk kienx aċċidentali, peress li inkjesta dwar il-mewt tagħha ma ddeterminatx l-intenzjoni tagħha u ġiet irreġistrata bħala konklużjoni “miftuħa”.
Il-familja ta’ Levi qed taqsam l-istorja tagħha biex tenfasizza t-turment mentali profond li jesperjenzaw dawk li jsalvaw minn vjolenza sesswali u l-ħtieġa għal appoġġ “aktar fit-tul”.
Ħuha t-tewmi, River, li issa għandu 22 sena, stqarr li Levi kellha “tant enerġija li stajt tħossha min-naħa l-oħra ta’ bieb” hekk kif ftakar fis-saħħa tagħha u r-rabta speċjali li kellhom.
Wieħed ieħor mis-6 aħwa ta’ Levi, Oscar, li għandu 19-il sena jgħid li “Kull darba li kelli bully, kienet issolvi l-problema għalija”
Levi ġiet deskritta minn ommha bħala waħda orjentata ħafna lejn il-familja.
“f’daqqa waħda ġiet attakkata” u “bil-mod il-mod ħajjitha sfaxxat ftit ftit” qalu il-familja tagħha.
Fi Frar 2023, Levi kienet qed tixrob u marret timxi biex tirkupra, meta staqsiet lil xi ħadd li kien għaddej għall-ħin, l-aggressur tagħha, Rosario Dos Reis ta’ 28 sena, mexxietha fl-arbuxxelli f’Palmerston Park u stupraha ripetutament.
Eventwalment, Levis irnexxielha titlob l-għajnuna minngħand mara li kienet għaddejja minn ħdejha li għajtet u ċemplet lill-awtoritajiet u temmet l-attakk.
Il-familja tagħha tirringrazzja lill-Pulizija ta’ Hampshire talli ttrattat lil Levi b’attenzjoni kif ukoll qabdet lill-aggressur tagħha.
Waqt dikjarazzjoni tal-impatt tal-vittma fil-qorti, Levi qalet “Dan ir-raġel biddel ħajti għal dejjem – hija sentenza li ma kontx ħaqqni.” F’Settembru 2023, l-istupratur ta’ Levi, Dos Reis, ingħata sentenza ta’ tmien snin u erba’ xhur ħabs, inkluż perjodu estiż ta’ liċenzja ta’ sitt snin.


