Thursday, April 30, 2026

‘Ħdimna bilgħaqal ħafna biex ksibna dan ir-riżultat .. personalment sodisfatt ħafna … irnexxieli nikseb 13-il cleansheet minn 21 logħba – Liam Lagana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? 

Bdiet minn ta’ etá żgħira. Kelli ħuti kollha jilagħbu l-futbol u dejjem xtaqt nilgħab u b’hekk bdejt nilgħab il-futbol ma’ Zabbar St Patrick minn tal-etá ta’ erba’ snin.

U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper? 

Fl-ewwel ġimghat tiegħi nilgħab il-futbol, bdejt bħala plejer iżda minħabba ċerti kundizzjonijiet mediċi, it-tobba kienu rrakkomandaw li diment li nixtieq nilgħab il- futbol, idealment inkun goalkeeper. Ftit wara infatti bdejt nilgħab bħala goalkeeper u minn hemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn dak ir-rwol.

Niġu issa għall-punt. X’taħseb li kien is-sigriet wara s-suċċess tal-aħħar rebħ tan-National Amateur League 2 minn Kalkara United FC?

Il-Kampjonat kien pożittiv ħafna kemm bħala tim kif ukoll personalment. Bħala tim irnexxielna nirbħu l-Kampjonat qabel l-aħħar żewġ logħbiet. Dan kollu mertu tal-istaff tekniku, kowċis u sħabi l-plejers fejn ħdimna bilgħaqal ħafna biex ksibna dan ir-riżultat.

Personalment, sodisfatt ħafna mill-prestazzjonijiet li kelli fejn irnexxieli nikseb 13-il cleansheet minn 21 logħba li lgħabt u nemmen li kont konsistenti ħafna tul l-istaġun. Inħarsu ‘l quddiem issa għall-futur!


Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol? 

It-tir tiegħi huwa dak li nkompli nitgħallem flr-rwol tiegħi biex inkompli navvanza fil-karriera tiegħi.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Jekk taħdem bilgħaqal u b’dedikazzjoni tista’ tasal fejn tixtieq!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport