Fir-Renju Unit: Raġel jinstab ħati li abbuża sesswalment mill-eks mara u li qatilha 

...ipprova jgħid li l-eks martu wettqet suwiċidju

0
1

Michael Thompson ta’ 55 sena instab ħati minn qorti f’Northampton li kien abbuża sesswalment lill-eks martu u wara qatilha. 

Minn dak ippreżentat fil-ġuri, Kimberley ta’ 43 sena kienet sfat vittma ta’ abbuż sesswali u aktar tard inqatlet. Kien Thomspson stess li kien irraporta li l-eks mara kienet instabet mejta.

Ħdejn il-katavru ta’ Kimberley instab bott tal-mediċina vojt, flixkun vodka, ieħor ġin u nstabu wkoll xi ritratti tal-familja tagħha.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-imputat u l-eks mara kienu sseparaw sentejn qabel, iżda ħadd ma ried joħroġ mid-dar bil-konsegwenza li baqgħu jgħixu flimkien. Din “ix-xena” nħolqot mill-akkużat biex jagħti l-impressjoni li l-eks mara kienet wettqet suwiċidju.

Żmien qabel ma seħħ id-delitt hija kienet għamlet rapport dwar vjolenza domestika, iżda kienet irtirat l-istess rapport wara li l-pulizija qalulha li kienu se jkellmuh dwar dan.

Jirriżulta li hija kien se titlaq mid-dar wara li bdiet relazzjoni ġdida, iżda sfortunatament l-eks żewġha qatilha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here