Sunday, May 5, 2024

“Fix-xahar ta’ Settembu ejja niftakru fit-tfal morda bil-kanċer”

Aqra wkoll

Hekk kif bdejna xahar ġdid li ħafna jassoċċjawh mal-Ħarifa, Puttinu Cares ifakkar ukoll li Settembru huwa x-xahar iddedikat lit-tfal morda bil-kanċer.

Huwa tajjeb ukoll li niftakru fil-familji ta’ dawn it-tfal li jkunu għaddejja minn tbatija kbira u jkollhom bżonn ħafna sapport min-nies ta’ madwarhom. Grazzi għal Puttinu Cares, dejjem kien ta’ spalla għal dawn il-familji biex kemm jista’ jkun jgħinhom fil-mumenti diffiċli ta’ ħajjithom.

Ħafna huma dawk lli jagħtu donazzjonijiet lil Puttinu sabiex ikompli jgħin lil dawn it-tfal morda u l-familji tagħhom. Fost dawn, fl-aħħar ġimgħat komplew jinġabru aktar donazzjonijiet. Melita ġabru s-somma sabiħa ta’ €5,000.

Tifla li għalqet sitt snin ukoll xtaqet tgħin lit-tfal ta’ Puttinu f’għeluq sninha. Hija xtaqet flus minflok rigali għaliha u bis-saħħa t’hekk ġabret is-somma ta’ €921.50.

Norbert Gerada li ċċelebra l-50 sena b’festin mal-familja u sħabu wkoll xtaq jiġbor donazzjonijiet għal Puttinu minflok rigali u rnexxielu jiġbor is-somma sabiħa ta’ €2,000.

Sport