Monday, September 16, 2024

Fl-aħħar xhur saru xogħlijiet ta’ rinovar estensiv fil-Cat Cafè

Aqra wkoll

Matul dawn l-aħħar xhur, it-tim ta’ ħaddiema tal-manutenzjoni kienu involuti f’xogħlijiet ta’ rinovar estensiv tal-Cat Cafè.

Dan qalitu r-residenza San Vinċenz de Paul fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook. Intant fl-istess messaġġ intqal li l-isforz kollettiv bejn kulħadd wassal għal progress notevoli, waqt li ħaddiema oħrajn u l-voluntiera jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta’ kuljum.

Ġie irrimarkat li l-qtates kollha qed jingħataw l-aqwa kura possibli, jiġu mitmugħa kuljum, imsewwija, eżaminati regolarment minn veterinarju u għandhom spazju kbir fejn iduru.

Sport