Wednesday, April 24, 2024

“Fl-elezzjoni li ġejja l-poplu għandu għażla faċli x’jagħmel” – Beppe Fenech Adami

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Forzi Dixxiplinati Beppe Fenech Adami qal li resqin lejn elezzjoni ġenerali u li l-poplu għandu “għażla faċli” quddiemu bejn “il-kontinwità” jew li “naqilbu għal paġna ġdida”.

Waqt attività politika minn Santa Luċija, Fenech Adami beda l-indirizz tiegħu billi sellem lill-Pulizija u qal li jixtieq iwassal messaġġ.

“Ngħidilhom li l-Partit Nazzjonalista qiegħed isegwi dak kollu li intkom għaddejjin minnu bħalissa, l-inkwiet, id-dwejjaq u l-inċertezza tagħkom”, kompla Fenech Adami.

Huwa kompla biex jgħid li tal-Partit Nazzjonalista jafu li jinsabu għatxana għall-bidla u li għalihom Blue Lives Matter.

Tkellem ukoll dwar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u filwaqt li sellem lill-uffiċjali kollha tal-ħabs qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-post għandu jkun ta’ dixxiplina, iżda li fih tiġi rispettata d-dinjità tal-bniedem. Huwa wiegħed li l-Partit Nazzjonalista kommess li joffri l-aqwa kundizzjonijiet tax-xogħol. Barra minn hekk kommessi li l-ħabs ikun post ta’ riforma fejn min jidħol il-ħabs joħroġ aħjar milli daħal.

Dwar is-suldati qal li dawn ukoll jagħmlu xogħol delikat li kultant ma jkunx apprezzat. Huwa wiegħed li gvern immexxi minn Bernard Grech jinvesti fl-aqwa tagħmir fl-armata. Fenech Adami qal ukoll li hemm mijiet ta’ suldati li Gvern Nazzjonalista jkun qiegħed jara li jiġu indirizzati l-inġustizzji.

Sport