Sunday, May 5, 2024

“Quddiem Oppożizzjoni mfarrka r-responsabbiltà hija akbar għall-PL” – Rebecca Buttigieg

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-partit tagħna, il-Gvern tagħna irid jibqa’ forza ta’ bidla, forza ġusta u moviment imsejjes fuq politika intelliġenti b’miri ċari li jibqgħu f’moħħna f’kull ma nagħmlu.”

Qalet dan il-Kandidata Laburista Rebecca Buttigieg f’diskors li għamlet f’attività politika fiċ-Ċentru Laburista tan-Nadur, Għawdex.

Hija qalet li quddiem Oppożizzjoni mfarka biċċiet, ir-responsabbiltà tagħna hi ferm u ferm akbar. “Jekk fl-2013 ħriġna bi ħġarna biex inkunu l-bidla u fl-2017 għax ma ridnix nieqfu nofs triq, issa rridu naħdmu biex nuru li dan il-partit mexxa fl-aktar żmien diffiċli u rnexxielu jagħmel dan b’suċċess.”

Hija temmet tgħid li “dan il-vjaġġ ta’ bidla f’pajjiż modern u b’saħħtu għadu fil-bidu, anke jekk diġà ksibna ħafna. Ejja nibqgħu magħqudin u ffukati fuq il-futur, Ejja nibqgħu naħdmu biex lil dawk li għadna ma kkonvinċejnihomx bil-pjan tagħna, nikkonvinċuhom.

“Il-ħsieb tagħna għandu jibqa’ li noħolqu l-ġid u l-ġid inqassmuh biex jasal għand min l-aktar li għandu bżonn.”

Sport