Wednesday, July 24, 2024

Fl-ewwel tliet xhur tal-2024 kien hemm 57 persuna li twaqqfu milli jidħlu f’pajjiżna fl-Ajruport

Aqra wkoll

Bejn Jannar u l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, kien hemm 57 persuna minn pajjiżi terzi li twaqqfu milli jidħlu f’pajjiżna fil-fruntiera.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Laburista u l-Whip Naomi Cachia.

Il-Ministu Camilleri qal li kien hemm ukoll 57 persuna ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nstabu fiż-żona tal-ajruport waqt verifiki tal-Pulizija, wara li jkunu waslu minn pajjiżi oħra taż-żona Schengen.

Ekonomija

Sport