Friday, May 3, 2024

Fl-Istati Uniti: Ġisem ta’ soru baqa’ intatt wara erba’ snin midfuna

Aqra wkoll

Folol ta’ viżitaturi qed jivvjaġġaw lejn il-belt żgħira ta’ Gower, f’Missouri (l-Istati Uniti) biex jaraw u jmissu l-katavru tas-soru li ġisimha ma tmermirx minkejja li ilha mejta u midfuna mill-2019.

Wara mewtha, is-soru Wilhelmina Lancaster ma kinitx ġiet ibbalzmata u issa ġiet skoperta li ġisimha baqa’ intatt u ma ddekomponiex wara li nqagħlet mill-qabar ix-xahar li għadda. Xi wħud qiesu dan bħala sinjal qaddis, filwaqt li oħrajn qalu li avvenimenti bħal dawn mhumiex rari.

Il-katavru ta’ Sister Wilhelmina Lancaster inqala’ mill-qabar li kien fih f’April li għadda mis-sorijiet tal-Benedittini ta’ Marija, Ordni Reġina tal-Appostli sabiex jittieħed lejn post ieħor.

Sister Lancaster, fundatriċi tal-ordni, ġiet midfuna erba’ snin ilu u meta nfetaħ il-qabar tagħha nstab li l-ġisem tagħha kienu għadu fi stat perfett ta’ priservazzjoni.

Wara li xterdet din l-aħbar, mijiet ta’ nies marru fil-belt ċkejkna ta’ Gower biex jaraw u jmissu l-ġisem mejjet ta’ Suor Lancaster li għal ħafna viżitaturi dan kien meqjus bħala miraklu.

Il-viżitaturi tħallew imissuha billi s-sorijiet riedu jagħmluha aċċessibbli għall-pubbliku għax fil-ħajja reali hija dejjem kienet aċċessibbli għan-nies.

Il-Monasteru qal fi stqarrija li l-katavru ta’ Lancaster se jitpoġġa f’santwarju tal-ħġieġ fil-knisja tagħhom sabiex il-viżitaturi xorta jkunu jistgħu jaraw il-katavru tagħha iżda ma jkunux jistgħu jmissuha.

Sport