Monday, November 2, 2026
Home Internazzjonali Fl-Istati Uniti: Tifel imut wara li bela’ bużżieqa waqt ċelebrazzjoni ta’ Halloween

Fl-Istati Uniti: Tifel imut wara li bela’ bużżieqa waqt ċelebrazzjoni ta’ Halloween

0
59

Tifel ta’ 11-il xahar spiċċa tilef ħajtu wara li bela’ bużżieqa u faga biha waqt li l-familja kienet qiegħda tagħmel ċelebrazzjoni ta’ Halloween. 

Dan il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu f’Wisconsin fl-Istati Uniti.

Omm it-tifel li kienet preżenti waqt iċ-ċelebrazzjoni rat lil binha jsir ‘blue’ u pprovat tagħmel dak kollu li tista’ biex issalvah. L-omm qalet li anke pprovat tagħti CPR lit-tifel u anke pprovat taqla l-bużżieqa minn ħalqu, iżda kien kollu ta’ xejn hekk kif hu miet f’idha.

Fuq il-post marru timijiet mediċi li wkoll ipprovaw isalvaw lit-tifel, iżda kif qalet l-omm stess “kull tentattiv spiċċa fix-xejn hekk kif ibni miet fi ftit minuti biss…”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here