Sunday, December 22, 2024

Fl-Italja: Imur għall-vaċċin b’id falza bit-tama li jakkwista ċ-ċertifikat tal-vaċċin

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Taljan li ried jakkwista ċ-ċertifikat tal-vaċċin mingħajr ma effettivament jieħu l-vaċċin, ippreżenta ruħu b’id falza.

Tinstema inkredibbli iżda dan huwa propju dak li ġie rrappurtat fl-aħħar sigħat hekk kif dan ir-raġel ta’ 50 sena għamel biċċa silicon biex jgħatti idu, bit-tama li l-ħsieb tiegħu jsir realtà.

Iżda l-infermiera kienet professjonista biżżejjed biex tinduna b’dan l-ingann hekk kif għolliet il-komma biex tagħtih il-vaċċin kontra l-Covid-19 indunat li kien hemm xi ħaġa mhux sew.

Wara li ġie skopert li prova jinganna l-infermiera, ir-raġel beda jipprova jipperswadiha biex tagħlaq għajnejha bħallikieku ma ġara xejn. Iżda, minflok ma għamlet hekk hija rrappurtatu lill-pulizija.

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija tal-lokal bdiet tinvestiga dan il-każ li seħħ ġewwa Biella, l-Italja.

Bosta kkritikaw dak li prova jagħmel dan ir-raġel u ddeskrivew l-azzjoni bħala waħda inaċċettabbli b’mod speċjali quddiem is-sagrifiċċju li bosta persuni għamlu matul il-pandemija.

Ġie rrappurtat ukoll li dan ir-raġel kien ħaddiem tas-saħħa li kien ġie sospiż mix-xogħol tiegħu minħabba li ma kienx imlaqqam. 

Bħalissa hemm ftit aktar minn 73% tat-Taljani li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid – rata li hija ogħla minn dik ta’ Franza jew fir-Renju Unit, iżda inqas minn dik fi Spanja u l-Portugall.

Ekonomija

Sport