Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Floriana jħabbru l-akkwist ta’ Gastón Manuel Romano

Floriana jħabbru l-akkwist ta’ Gastón Manuel Romano

0
10

Floriana ħabbru l-akkwist ta’ Gastón Manuel Romano ta’ 28 sena.

Il-midfielder Arġentin, li għandu wkoll passaport Taljan, jingħaqad mal-Greens wara karriera fl-Arġentina, art twelidu, il-Portugall, l-Italja u aktar riċentement il-Litwanja.

Wara li beda l-karriera tiegħu mal-qawwa Arġentina Club Atlético River Plate, huwa segwa karriera fl-Ewropa mat-timijiet Portugiżi Espinho & Estrela Amadora qabel ma qatta’ perjodu qasir fl-Italja. Imbagħad irritorna l-Portugall ma’ Clube de Futebol Os Belenenses fil-Liga 2 qabel ma kompla l-karriera tiegħu fir-Rumanija u aktar riċentement, fil-Litwanja.

Midfielder b’saħħtu u kompost, Gastón żgur li se jkun żieda siewja għal Floriana FC bl-abbiltà teknika tiegħu.

Floriana FC laqgħu lil Gastón fil-familja tagħhom u awgurawlu kull suċċess mal-Greens.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here