Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-winger Kroat, Robert Muric.
Il-player ta’ 30 sena qed jingħaqad mal-Greens b’esperjenza kbira, wara li lagħab professjonalment fil-Kroazja, l-Olanda, l-Italja, il-Portugall, it-Turkija u s-Slovenja.
Prodott tal-akkademja rinomata ta’ Dinamo Zagreb, Murić lagħab ukoll ma’ Ajax u rrappreżenta diversi klabbs inklużi Rijeka, Konyaspor, Pescara, Braga B u Mura matul il-karriera tiegħu.
Winger lemini li juża wkoll is-sieq ix-xellugija, Murić irreġistra 66 gowl u 55 assist f’aktar minn 300 dehra bħala plejer ma’ timijiet tal-kbar, filwaqt li lagħab ukoll ħames darbiet mat-tim nazzjonali Kroat ta’ taħt il-21 sena.
Floriana FC laqgħu lil Robert fil-familja tagħhom u awgurawlu kull suċċess magħhom.



