Friday, June 12, 2026

Valletta FC iħabbru l-akkwist tal-player Arġentin, Manuel Morello

Aqra wkoll

Fi stqarrija, Valletta, qalu li Morello hu player t b’esperjenza estensiva fil-futbol tal-Amerika t’Isfel u Ewropew, u se jkun qed jingħaqad magħhom wara perjodu impressjonanti fil-futbol Malti, fejn huwa stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar difensuri xellugin affidabbli u konsistenti fil-kampjonat.

Huma komplew li komdu fid-difiża u effettiv bl-istess mod fl-attakk, Manuel iġib kwalità, intensità u mentalità rebbieħa fl-iskwadra.

L-esperjenza, it-tmexxija u l-professjonaliżmu tiegħu se jżidu aktar saħħa u bilanċ għal Valletta hekk kif qed ikomplu jibnu tim kapaċi jikkompeti fl-ogħla livell kemm domestikament kif ukoll fl-Ewropa.

Fl-età ta’ 31 sena, l-Arġentin jingħaqad ma’ Valletta b’ħafna esperjenza, u reputazzjoni li jagħti kollox għall-arma li jirrappreżenta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport