Friday, June 12, 2026

Jayana Chircop hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija

Aqra wkoll

Jayana Chircop, tifla ta’ 11-il sena u li tattendi l-iskola Primarja tar-Rabat Malta – Kulleġġ San Nikola hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija.

Yayana, li minn rajha u mingħajr ħadd qatt am ġegħilha, tgħin bil-qalb kollha lil Cataleya Borg tifla fil-klassi tagħha. Cataleya hija tifla li għandha bżonn min jgħinha biex tkun tista’ tagħmel dak kollu li jagħmlu sħabha tul il-jum tal-iskola.

L-appoġġ ma jaqta’ xejn li tagħtiha Jayana kif ukoll il-mod kif twettaq din l-għajnuna iwassal biex Cataleya tħossha milqugħa mill-oħrajn u li hi tagħmel parti sħiħa mill-klassi daqs l-istudenti l-oħra tal-klassi.

Waqt okażżjonijiet speċjali li torganizza l-iskola, Jayana tagħmel ħilitha kollha biex il-ħabiba tal-qalb tagħha tieħu sehem u b’hekk taqsam ma’ sħabha l-ferħ li jħossu li ħadu sehem f’dik l-okkażjoni, fejn kollha kemm huma jħossu ruħhom apprezzati, imfaħħra u maħbuba.

Dak li tagħmel Jayana ma’ Cataleya hu eżempju ċar kemm hu imporanti li wieħed juri tjubija mal-oħrajn u jgħinhom fid-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-amministrazzjoni tal-iskola, iddeċidiet li tinnomina lil Jayana Chircop biex tieħu l-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija.

Dan il-premju hu organizzat mil-Laboratorju tal-Paċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport