Saturday, December 21, 2024

Folla ta’ nies tilqa’ lill-President-elett quddiem il-Kon Katidral

Aqra wkoll

Folla ta’ nies fosthom persuni li jafu mill-qrib lill-President-Elett Myriam Spiteri Debono nġabru quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fi tmiem tal-Konċelebrazzjoni Solenni li kienet imexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Il-President-elett bdiet il-mixja tagħha lejn il-Palazz fil-Belt stess fejn hemm se jkun hemm seduta Parlamentari li fiha ssir il-ħatra tagħha bħala l-11-il President tar-Repubblika.

Aktar kmieni:“Se jkolli bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd biex naslu” – il-President-Elett

Emozjonata, il-President Elett Myriam Spiteri Debono fl-ewwel kummenti lill-midja hekk kif għall-ħabta tad-9.30am telqet flimkien mas-Sur Spiteri Debono mid-dar tagħhom f’Birkirkara qalet li “se jkolli bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd biex nasalu”.

Bħalissa l-President-Elett flimkien ma’ żewġha ingħaqdu mal-ogħla uffiċjali tal-pajjiż fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia fil-Kon Katidrall ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fejn bdiet konċelebrazzjoni solenni.

Ekonomija

Sport