Sunday, October 11, 2026
Home Sport Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-GP ta’ Singapore .. u Kimi Antonelli...

Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-GP ta’ Singapore .. u Kimi Antonelli jsaħħaħ il-quċċata

0
66

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) rebaħ is-Singapore Grand Prix għall-ewwel darba, u kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva wara s-suċċess fil-Malasja.

Huwa żamm lil Charles Leclerc tal-Ferrari fit-tieni post, filwaqt li Lewis Hamilton spiċċa fis-sitt post wara strateġija dubjuża tat-tim tiegħu.

Kimi Antonelli temm it-tellieqa fit-tielet post, u kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat għal 102 punti wara li George Russell spiċċa fid-disa’ post.

Antonelli jista’ jirbaħ l-ewwel titlu mondjali tiegħu fil-Grand Prix tal-Istati Uniti fil-25 ta’ Ottubru, jekk jirbaħ it-tellieqa u Russell jispiċċa fid-disa’ post jew agħar.

Il-klassifika (ta’ fuq) hija: 340 – Kimi Antonelli; 238 – George Russell; 229 – Lewis Hamilton; 221 – Max Verstappen; 215 – Charles Leclerc

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here