Sunday, October 11, 2026
Home Sport Serie A: Roma jfallu żewġ importanti fid-draw ta’ mingħajr goals għand Como

Serie A: Roma jfallu żewġ importanti fid-draw ta’ mingħajr goals għand Como

0
66

Fis-Serie A, Roma marru għand Como u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals biex fallew żewġ punti u naqsu milli jżommu l-pass fil-quċċata tal-klassifika ma’ Inter. 

Iżda min-naħa l-oħra huma żammew ir-rekord tagħhom ta’ bla telfa  minkejja li lagħbu b’għaxar players għal parti kbira mit-tieni taqsima. Donyell Malen tkeċċa ftit wara l-mistrieħ għal daħla perikoluża fuq Kaiki. 

Como ppruvaw jisfruttaw is-superjorità numerika, iżda l-goalkeeper, Pierluigi Gollini, wettaq interventi importanti, partikolarment fuq Nico Paz.  

Iż-żewġ timijiet issa jiffukaw fuq l-impenji tagħhom fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here