Sunday, October 11, 2026
Home Sport Floriana u Balzan jaqsmu l-punti fi draw ta’ 1-1

Floriana u Balzan jaqsmu l-punti fi draw ta’ 1-1

0
63

Floriana u Balzan temmew fi draw ta’ 1-1 fl-ewwel partita tal-ġurnata mill-Kampjonat VBET Malta Premier, li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium.

Balzan fetħu l-iskor wara disa’ minuti logħob permezz ta’ Dimeji Awosanya, li interċetta ballun minn free-kick u għeleb lil Cioletti b’xutt li qabbeż il-ballun fix-xibka.

Floriana ppruvaw iwieġbu, iżda t-tentattivi ta’ Federico Varela minn free-kicks ma kinux biżżejjed biex jegħlbu lill-goalkeeper ta’ Balzan, Dylan Ciappara.

Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet ħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor, b’Cioletti u Ciappara jkunu determinanti biex iżommu lit-timijiet rispettivi tagħhom fil-partita.

Fis-73 minuta, Floriana ngħataw penalty wara li Beerman twaqqa’ fil-kaxxa. Minkejja l-protesti ta’ Balzan u r-reviżjoni permezz tal-Football Video Support, id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata.

Kien l-internazzjonali Malti Paul Mbong li ħa r-responsabbiltà mill-penalty u b’xutt baxx u angolat għeleb lil Ciappara biex ġab id-draw.

Balzan ippruvaw jerġgħu jiksbu l-vantaġġ fl-aħħar minuti, iżda l-konklużjonijiet ta’ Leonardo Fernandes u oħrajn ma sabux ix-xibka.

Fid-90 minuta, Balzan talbu r-reviżjoni tal-Football Video Support wara li allegatament Mohammed Yahaya twaqqa’ fil-kaxxa ta’ Floriana. Madankollu, l-uffiċjal Matthew Degabriele ma laqax it-talba, u l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1.

Floriana: 23 Guilherme Cioletti, 3 Myles Beerman, 6 Amar Drina (38’ 14 Alen Kurtalic), 9 Kenan Dervisagic (38’ 90 Stephen Odey), 10 Federico Varela, 11 Robert Muric (38’ 8 Paul Mbong), 12 Dunstan Vella (Cpt), 16 Gaston Manuel Romano, 17 Owen Spiteri, 21 Carlo Zammit Lonardelli, 22 Tomislav Gudelj (59’ 37 Yassine Jbira) – Coach: Diogo Portela

Balzan: 1 Dylan Ciappara, 2 Nikola Doric, 7 Yuel Kuach (64’ 9 Mohammed Yahaya), 8 Nicholas Pulis (cpt), 11 Lucas Macula (80’ 80 Ayom Majok Ayom), 14 Dimeji Awosanya, 17 Amiel Guehi, 18 Ederson Bruno (80’ 4 Jake Portelli), 21 Luis Gabriel Santos Silva, 42 Zachary Grech, 96 Leonardo Fernandes – Coach: Andrew Cohen

Referee: Matthew de Gabriele

Assistenti: Duncan Sultana u Wayne Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Wayne Sammut

Skorers:  O. Awosanya (B); P. Mbong 77 pen (F)

Ammoniti:  R. Muric, G. Romano, A. Kurtalic (F); L. Ribeiro De Oliveira (B)

Player Tal-Logħba: 14 Dimeji Awosanya (Balzan)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here