Sunday, November 1, 2026
Home Sport Rugby League: Malta megħluba mill-Greċja b’mod drammatiku

Rugby League: Malta megħluba mill-Greċja b’mod drammatiku

0
237
Ritratt: Neil Fitzpatrick

Malta sofriet telfa drammatika ta’ 20-18 kontra l-Greċja f’Ta’ Malta s-Sibt filgħaxija, u issa jridu jistennew ir-riżultat tal-konfront bejn il-Ġermanja u l-Greċja biex isiru jafu x’se jkun id-destin tagħhom fi Grupp C tal-Kampjonat Ewropew tal-2026.

Il-Maltin kienu fil-vantaġġ 12-10 fil-bidu tat-tieni taqsima, iżda l-Greċja rnexxielha ddawwar il-logħba favuriha u tikseb rebħa importanti.

Il-Greċja fetħet l-iskor fis-17-il minuta permezz ta’ Sam Stratis, li qabeż lil Shaun Chircop biex ġabar kick djagonali u skorja. Malta wieġbet permezz ta’ Xavier Mamo, bil-veteran Jarrod Sammut ikun preċiż fil-konverżjoni. Madankollu, Eddie Markopoulos interċetta ballun u ġera 90 metru biex reġa’ poġġa lill-Griegi fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima, Tyrone Tsagalias u Markopoulos, li skorja t-tieni try tiegħu fit-62 minuta, għenu lill-Greċja tibni vantaġġ ta’ tmien punti.

Malta sofriet daqqa oħra meta Mark Robertson kellu joħroġ minħabba injury fil-biceps, filwaqt li William Watts tkeċċa temporanjament għal foul professjonali.

Madankollu, il-Maltin ma qatgħux qalbhom. Josh Gatt skorja t-tieni try personali tiegħu fid-79 minuta, u bil-konverżjoni ta’ Sammut, Malta resqet sa żewġ punti mill-avversarji. Iżda ma kienx hemm biżżejjed ħin biex il-Knights idawru r-riżultat.

Il-coach interim Kaine Dimech esprima d-diżappunt tiegħu iżda faħħar il-wirjiet tal-plejers, fosthom Jon Jon Micallef, Joe Briggs, Mark Robertson, Zarrin Galea u Josh Gatt.

“Ix-xogħol tagħna tlesta. Onorajtna l-emblema u l-flokk,” qal Dimech.

Malta issa se jkollha tistenna l-konfront bejn il-Ġermanja u l-Greċja f’Chania, Kreta. Rebħa Griega, ikun xi jkun l-iskor, twassal biex il-Ġermanja tiġi relegata.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here