Dan il-muzikal b’tifkira ta’ għeluq il-mija u għoxrin sena mit-twelid u ħamsin sena mill-mewt ta’ Mary Meylak, muzikal li ttellgħa s-Sibt, 26 ta’ Settembru fl-Anfiteatru tal-Ġonna tal-Villa Rundle fil-belt Victoria, izda kellu jispiċċa ħesrem minħabba l-maltemp u xita qawwija. Din l-attivita saret bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Kultura u Informazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Fuq talba tal-pubbliku ġenerali, dan il-Muzikal “Stella u Leone” li huwa mhux biss storja ta’ mħabba, izda l-leħen tal-ewwel poetessa Maltija / Għawdxija, Mary Meylak, fejn l-istorja tagħha reġgħet ħadet il-ħajja fuq il-palk tal-Iskola Primarja tal-belt Victoria nhar is-Sibt 10 ta’ Ottubru quddiem udjenza numeruza b’sala mimlija daqs bajda.
Kienet lejla li ħadet li dawk prezenti lura għall-ħajja ta’ mara li ħajjitha kienet magħmula minn kliem, Mary Meylak li twieldet fid-9 ta’ Awwissu 1905 u għaddiet ħajjietha fi triq San Ġuzepp fil-qalba tar-Rabat, Għawdex. Mary Meylak kienet bin familja sempliċi, għalliema, u l-ewwel mara Maltija kuraġġuża biżżejjed biex tippubblika ktieb ta’ poeżija bil-Malti, “Pleġġ il-Hena” fl-1945.

Il-Muzikal “Leone u Stella” huwa ħolma ta’ żewġ ismijiet tal-baned tal-belt Victoria, Leone, ġuvni mill-Mandraġġ u mal-partit tal-Ljun, filwaqt Stella tfajla mill-ħara ta’ wara San Franġisk u mal-partit ta’ La Stella. Dawn iż-żewġ żgħażagħ li jħobbu lil xulxin imma jiltaqgħu ma’ diffikultajiet tal-familja u tas-soċjetà ta’ dak iż-żmien. Anke l-Arċipriet kien daħal bejn il-basla u qoxtritha għax kien taż-żewġ naħat, izda huma xorta waħda baqgħu sodi għax l-imħabba dejjem rebħet. Fl-aħħar l-għarajjes spiċċaw jiżżewġu fil-kappella ċkejkna “Ta’ Pinu”, fejn jingħad li l-Madonna kellmet lil Karmni Grima.

Il-mużikal Stella u Leone għaqqad flimkien il-mużika, iż-żfin, u r-rakkont tal-istejjer f’tislima mill-qalb lil waħda mill-aktar figuri letterarji maħbuba ta’ Malta b’mużika minn Mro. Antoine Mercieca, lirika minn Joe W. Psaila, direzzjoni minn George Mizzi, assistant Josianne Xerri Caruana, żfin tal-ballet Sarah Grech u kor tat-tfal Marita Debattista.


