Monday, May 13, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet bil-quadbike f’Għawdex

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-mara ġiet iċċertifikata fil-periklu tal-mewt. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Franċiża l-isptar wara li nqalbet bi quad bike f’Għawdex

Franċiża ta’ 32 sena kellha tidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għas-2.30pm inqalbet bil-quad bike li kienet qiegħda ssuq.

L-inċident seħħ fi Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ meta għal xi raġuni l-Franċiża li kienet weħidha fuq il-quad bike tilfet il-kontroll u nqalbet.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn wara li ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post ittieħded għal aktar osservazzjoni.

Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport