Saturday, April 26, 2025

“Franġisku se jibqa’ ħaj” – Mediterranean Saving Humans

Aqra wkoll

“L-għafsa ta’ qalb li qegħdin inħossu u l-gratitudni kbira li għandna lejk illum jingħaqdu f’emozzjoni li tikkonsolida r-rebħa tal-ħajja fuq il-mewt. Bħal meta aħna nkunu fil-baħar u niġġieldu biex nagħmlu l-ħajja possibbli li tgħixha. M’intix se tmut tfisser li l-ideat tiegħek u dak li kont tagħmel f’ħajtek u mmaterjalizzaw ruħhom f’din id-dinja, mhumiex se jmutu u allura inti, Papa Franġisku, se tibqa’ ħaj. Tibqa’ ħaj fil-ħajjiet tagħna u ta’ dawk li kienu fi triqthom għal dinja oħra possibbli”.

Dan huwa l-kliem sabiħ tal-organizzazzjoni li ssalva l-immigranti “Mediterranean Saving Humans” fejn f’dan il-jum tal-funeral ta’ Papa Franġisku indirizzaw il-mewt. Saħqu li, “jgħidu kemm jgħidu li bil-mewt tiegħu kollox se jispiċċa miegħu, dan mhux minnu. Dak li għamel f’ħajtu għadu fostna u se jibqa’ ħaj f’dawk kollha, b’mod speċjali l-immigranti, li bil-ħidma tiegħu għen u b’imħabbtu laqagħhom”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport