Wednesday, April 24, 2024

Franza jibdew favoriti kontra l-Polonja

Aqra wkoll

Fit-tieni ġurnata tar-round tal-Aħħar 16, ir-rebbieħa ta’ Grupp D, Franza, jaffrontaw lir-runners-up ta’ Grupp C, il-Polonja, f’partita li tista’ tmur kull naħa.

Fl-aħħar logħba tal-gruppi, Franza kienu diġá kkwalifikati u minkejja t-telfa ta’ 1-0 kontra t-Tuneżija  huma temmew fl-ewwel post b’differenza ta’ goals aħjar mill-Awstralja li għaddew għar-round li jmiss għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.

Il-Franċiżi qed jimmiraw li jżommu dan it-titlu għat-tieni darba konsekuttiva. Huma għandhom rekord tajjeb f’dan ir-round minħabba li l-aħħar darba li sfaw eliminati kien fl-1934. 

Il-Polonja tilfu wkoll l-aħħar logħba tal-grupp, iżda kkwalifikaw mal-Aħħar 16 b’differenza ta’ goals superjuri fil-konfront tal-Messiku li spiċċaw fit-tielet post.

L-aħħar logħba tagħhom fl-Aħħar 16  kienet fl-1986, fejn tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-0 kontra l-Brażil.

Franza mistennija jutilizzaw l-aqwa forma possibbli hekk kif m’għandhom problemi ta’ players imweġġgħin … wara li kontra t-Tuneżija l-coach Didier Deschamps għamel xejn inqas minn disa’ bidliet.

Anke l-Polonja għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni iżda, bla dubju, mistenni li jsir xi tibdil wara li fl-aħħar ħarġa ddiżappuntaw.

Sport