Wednesday, April 24, 2024

Partita delikat għall-Ingilterra kontra s-Senegal

Aqra wkoll

L-Ingilterra se  jkunu mpenjati f’partita diffiċli kontra s-Senegal.

Huma kisbu l-quċċata ta’ Grupp B biex ikkwalifikaw għall-Aħħar 16, wara li għelbu lil Wales bl-iskor ta’ 3-0 fl-aħħar logħba tal-grupp.

Fit-Tazza tad-Dinja preċedenti fl-2018, spiċċaw ir-raba’ u l-aħħar darba li naqsu milli jirbħu fir-round tal-Aħħar 16 a kien fl-2010 meta tilfu 4-1 kontra l-Ġermanja.

Is-Senegal għelbu lill-Ekwador 2-1 fl-aħħar logħba tal-gruppi biex kisbu t-tieni post fi Grupp A. Din se tkun it-tieni dehra tagħhom fil-fażi eliminatorja. Id-dehra preċedenti tagħhom rat­hom jisfaw eliminati fl-istadju tal-kwarti-finali fl-2002, fejn tilfu kontra t-Turkija.

Din x’aktarx tkun logħba pjuttost bilanċjata, biż-żewġ naħat jippossjedu kwalità, iżda n-nuqqas ta’ Idrissa Gueye għas-Senegal minħabba sospensjoni, jista’ jagħti lill-Ingilterra “vantaġġ”.

Għall-Ingliżi, Ben White ħalla l-iskwadra għal raġunijiet personali. James Maddison rritorna fl-iskwadra fil-partita kontra Wales u għalhekk jista’ jkun inkluż bħala sostitut.

Min-naħa tas-Senegal, Cheikhou Kouyate, sofra injury fl-għaksa kontra l-Olanda u għadu ma rkuprax biex Nampalys Mendy se jilgħab minfloku.

Fode Ballo-Toure irritorna fl-iskwadra fil-partita kontra l-Ekwador, iżda mhux mistenni li jibda fil-formazzjoni inizjali.

Sport