Thursday, May 16, 2024

Frenkie De Jong se jibqa’ ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Jidher li l-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, se jibqa’ ma’ Barcelona hekk kif il-coach, Xavi Hernandez, qed jarah bħala s-sostitut denju ta’ Sergio Busquets.

Dan ifisser li mhux se jingħaqad ma’ Manchester United li ilhom jiġru wara l-firma tiegħu mis-sajf li għadda.

L-awtoritajiet tal-club għamlu dak kollu fil-poter tagħhom biex “jeħilsu” minn dan il-player matul is-sajf li għadda fejn riduh ukoll jieħu tnaqqis ta’ €17-il miljun dovuti lilu waqt il-pandemija tal-Covid-19 li għadu ma ħax.

Però issa l-affarijiet inbidlu kompletament minħabba li Busquets innifsu, li għandu 34 sena, ħabbar li mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu meta jintemmlu f’Ġunju li ġej.

Għaldaqstant, il-Katalani mistennija jiftħu negozjati mal-aġent ta’ De Jong biex iġedded il-kuntratt tiegħu u jiġi ssetiljat kollox.

Sport