Tuesday, May 14, 2024

Titħabbar il-mewt tal-eks player Urugwajan Fabian O’Neill

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-eks player Urugwajan, Fabian O’Neill, li miet fl-età ta’ 49 sena wara marda kronika tal-fwied. Huwa ddaħħal l-isptar f’koma nhar is-Sibt li għadda wara li sofra emoraġija.

Il-mewt tiegħu ġiet ikkonfermata mill-FA Urugwajana fi stqarrija li qalet: “B’niket u b’diqa kbira nħabbru l-mewt tal-eks player tat-team nazzjonali Urugwajan, Fabian O’Neill. Il-ħsibijiet tagħna jmorru lejn il-familjari tiegħu”.

Huwa beda l-karriera tiegħu ma’ Nacional, fl-1992, u erba’ snin wara ngħaqad ma’ Cagliari. Huwa ġibed l-interess ta’ Juventus u fl-2000 ffirma magħhom fejn dam sena jilgħab f’Turin. Imbagħad huwa ġie inġaggat minn Perugia biex fis-sena ta’ wara reġa’ ngħaqad ma’ Cagliari. Eventwalment temm il-karriera tiegħu ma’ Nacionsl, fl-2003.

B’kollox huwa lagħab 211-il partita li fihom skorja 28 goal.

Fabian lagħab 19-il logħba għal pajjiżu u skorja żewġ goals.

Sport