Wednesday, April 24, 2024

Futsal: Luxol iżommu l-mument brillanti

Aqra wkoll

Luxol komplew isaħħu l-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal Premier League meta għelbu lill-Universita’ ta’ Malta bl-iskor ta’ 8-2.

It-tim minn St Andrews kien ferm tajjeb tul il-partita kollha u minkejja l-isforzi tal-Universitarji, it-tliet punti marru għaċ-champions Maltin.

Mark Zammit u Celino Alves kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed filwaqt li Luke Gatt, Andy Mangion, Everton Veve u Marwan Telisi wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Ir-risposta tal-Universita’ waslet permezz ta’ żewġ gowls ta’ Cleavon Portelli.

Referees: Clinton Cassar, Andrea Naudi, Danilo Francalanza.

Swieqi United kisbu rebħa importanti iżda bi tbatija kontra Żurrieq bir-riżultat finali jkun dak ta’ 5-4.

Minkejja li Swieqi kienu dejjem minn fuq, sabu lill-avversarji Żrieraq ferm motivati sabiex jagħtuhom logħba iebsa.

Għal Swieqi Santiago Cruz skorja doppjetta filwaqt li Emerson Molina, Shawn Degaura u Michael Borg żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Żurrieq irrispondew permezz ta’ doppjetta ta’ Jose Mendes b’David Ferreira u Armando Gjepali jiskorjaw gowl kull wieħed.

Referees: Stephen Vella, Clinton Cassar, Francesco Demichele.

Mill-Enemed Challenger League, St George’s jinsabu fil-quċċata wara li għelbu lit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena 6-2.

Ir-rebħa qatt ma kienet fid-dubju għall-Bormliżi li stabilixxew vantaġġ komdu u baqgħu jżidu l-iskor biż-żgħażagħ Maltin jirrispondu b’żewġ gowls.

Faisal Alnakou kien awtur ta’ tripletta, Karl Luke Schembri skorja darbtejn filwaqt li Denzil Pisani għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.

Kubilay Karadol u Jean Paul Muscat skorjaw għall-Maltin.

Referees: Stephen Vella, Stefania Bonnici, Luca Formosa.

Marsaskala Futsal kisbu rebħa faċli ta’ 11-1 kontra Malta Veterans.

Kif jindika l-iskor, l-Iskalin iddominaw il-konfront b’Denim Parnis u Amir Ashtiyani jiskorjaw erba’ gowls kull wieħed bi Craig Pickard, Bertram Azzopardi u Jean Lopes Leite jniżżlu isimhom fost l-iskorers.

Robert Fenech skorja l-uniku gowl tal-Veterani li għandhom bla punti matul dan l-istaġun.

Referees: Clinton Cassar, Francesco Demichele, Stephen Vella.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL PREMIER LEAGUE

Luxol St Andrews 28, Swieqi United 25, Ta’ Xbiex 22, L-Universita’ ta’ Malta 18, Żurrieq Futsal 15

KLASSIFIKA – ENEMED CHALLENGER LEAGUE

St George’s 16, Marsaskala 2, Fgura United 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0

Sport