Minn tal-inqas ħames persuni nqatlu u aktar minn 40 indarbu wara li karozza baqgħet dieħla f’parata tal-Milied fl-istat Amerikan ta’ Wisconsin.
Il-każ seħħ il-Ħadd waranofsinhar x’ħin SUV ta’ lewn aħmar daħlet f’parata fil-belt ta’ Waukesha, fil-punent ta’ Milwaukee.
L-uffiċjal tal-Pulizija Dan Thompson qal li l-karozza laqtet għexieren ta’ nies fosthom tfal. B’rabta ma’ dan il-każ, qiegħda tinżamm persuna arrestata. Ġie rrappurtat li “s’issa” l-inċident ma jidhirx li huwa wieħed ta’ att ta’ terroriżmu.
“Is-suspettat jidher li kien qed jaħrab minn post ieħor meta baqa’ dieħel fin-nies waqt il-parata,” qal uffiċjal tal-infurzar tal-liġi.