Tuesday, April 30, 2024

Gambit Brodde jirbaħ is-semifinali Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Gambit Brodde rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd fil-Marsa. Din kienet semifinali mit-Tazza ALDB Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mis-27 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Il-laqgħa ġiet abbandunata wara t-tmien tiġrija minħabba x-xita li nieżlet dak il-ħin bl-aħħar żewġ tiġrijiet, waħda minnhom semifinali Premier ukoll, jiġu posposti għal tmiem il-ġimgħa li ġej. 

Fis-semifinali Premier, Gambit Brodde (Rodney Gatt) kien quddiem tul id-distanza kollha u rnexxilu jieħu t-tieni rebħa nfila u t-tielet f’Malta faċilment b’tul minn Liam Dana (Jesmar Gafa’) u Akela Play (Charles Degiorgio). Charming Soldier (Paul Galea) temm ir-raba’ minn Viking’s Topline (Eugenio Bondin) u Surf’N Turf (Charles Camilleri). 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Flexy Vert (P. Galea) Ħin – 3.26” (1.18.1”) 2. Fee Europa (T. Demanuele) 3. Hugo d’Amour (N. Barbara) 4. Helios Du Trufier (A. Zammit)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Fidel De Banville (Ch. Vassallo) Ħin – 3.24.6” (1.17.5”) 2. Irish Petteviniere (R. Magro) 3. Vasterbo Brazilia (W. Cutajar) 4. Fakir De Mone (D. Cortis) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Typhoeus Face (N. Baldacchino) Ħin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Beau De Morgane (M. Debono) 3. Floalts Cesna (P. Galea) 4. Choco Garline (J. Gafa’) 

Iris Baldwin b’quddiem bi ftit fuq Divine de Montceaux fir-raba’ tiġrija

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Iris Baldwin (E. Mallia) Ħin – 3.27.8” (1.18.7”) 2. Divine De Montceau (D. Baldacchino) 3. Bonbon Bleu (M. Falzon) 4. Tyra I.H. (J. Pace) 

V Tiġrija. Semi Finali Tazza ALDB Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Gambit Brodde (R. Gatt) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Liam Dana (J. Gafa’) 3. Akela Play (Ch. Degiorgio) 4. Charming Soldier (P. Galea) 5. Viking’s Topline (E. Bondin) 6. Surf’N Turf (C. Camilleri) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Diaz Dairpet (C. Calleja) Ħin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Padron Kloster (R. Gatt) 3. Bicetre (R. Magro) 4. Qvanting Indika (A. Cassar) 

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Ħin – 3.22.3” (1.16.6”) 2. Gladiateur Flower (R. Magro) 3. Forsman (J. Gafa’) 4. Express Novo (I. Galea) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Espoir d’Amour (P. Galea) Ħin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. Eagle De Vauville (R. Magro) 3. Calzac De Guez (N. Barbara) 4. Bottarus (J. Farrugia) 

IX Tiġrija. Semi Finali Tazza ALDB Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. POSPOSTA

X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. POSPOSTA

Sport