Monday, June 29, 2026

GATEWAY TO DEVOTION – SOPRAPORTA TRIDIMENSJONALI TIRBAĦ IL-PREMJU ĠIEĦ L-ARTIĠJANAT MALTI

Aqra wkoll

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, permezz tal-Għaqda Armar Santa Marija, għadha kemm rebħet il-Premju Nazzjonali Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2025 fil-kategorija tal-Prodotti Artiġjanali maħduma minn għaqdiet tal-festi.

Dan il-premju ngħata fuq il-prodott ta’ sopraporta artistika tridimensjonali li tintrama fil-bidu ta’ Triq il-Parroċċa. Din is-sopraporta, li ġiet ikkummissjonata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija, hija maħduma mill-voluntiera tal-Għaqda Armar Santa Marija fuq disinn tal-artist is-Sur Manuel Grech.

Din l-opra artistika llum il-ġurnata tista’ titgawda fil-jiem tal-Festa Titulari ta’ Santa Marija u tintrama fil-bidu ta’ Triq il-Parroċċa, faċċata tal-Knisja Parrokkjali dedikata lil Santa Marija. Opra artistika maestuża fiċ-ċentru tar-raħal.

Dan il-premju jixhed l-arti u d-diversi snajja’ tal-idejn li l-voluntiera ta’ din l-għaqda jippossjedu u li, permezz tal-ħila tagħhom, ikomplu jgħollu l-livell mhux biss tal-Festa Mqabbija iżda wkoll tal-arti fil-festa Maltija inġenerali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport