Raġel ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żabbar, għall-ħabta tas-6:00 p.m., tal-lbieraħ
ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Perit Dom Mintoff, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li kien qed isuq mutur Honda WW125, għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

