Tuesday, April 30, 2024

Ġejja x-Xitwa jew is-Sajf? Minn għada riħ qawwi u xita

Aqra wkoll

Għal dawk kollha li fl-aħħar jiem ħasbu li jistgħu jibdew igawdu l-baħar bħas-snin li għaddew, jidher li din is-sena l-istorja għalissa hija differenti. Minn għada terġa’ tidħol instabbilità fuq il-gżejjer Maltin.

Fil-fatt siti tat-tbissir tat-temp qegħdin ibassu li l-ġimgħa d-dieħla se jerġa’ jkollna riħ qawwi u anke xita. Għal għada hemm twissija ta’ riħ qawwi mill-Grigal liema twissija tibda mid-9.00pm ta’ għada u tintemm it-Tlieta fil-11.00pm.

It-tbassir għat-temp għal ġimgħa d-dieħla se jkun hekk: Għada t-Tnejn ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna. Ir-riħ se jkun forza 4 li jkompli jżid sa filgħaxija u jdur Grieg il-Lvant. Hemm ukoll ċans ta’ ħalbiet tax-xita.

It-Tlieta se jkun ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna u riħ qawwi ħafna mill-Grigal Forza 7.

L-Erbgħa l-istess bħal ġurnata ta’ qabel b’differenza li r-riħ jinżel għal Forza 4 u jdur Majjistral.

Il-Ħamis imbgħad jibqa’ msaħħab u r-riħ jibqa’ l-istess bħal ġurnata ta’ qabel.

Għal dawk kollha li qegħdin jistennew tmiem il-ġimgħa li ġejja t-temp se jkun il-Ġimgħa ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna u anke bil-possibilità ta’ xita.

Is-Sibt jibqa’ imsaħħab u tiżdied il-possibilità ta’ xita, u wara nofsinhar ir-riħ jerġa’ jitla’ għal Forza 5 min-Nofsinhar.

Il-Ħadd, se jkun xemxi biex b’hekk il-familji jkunu jistgħu jgawdu l-ġurnata flimkien, iżda xorta waħda b’riħ qawwi Forza 6 mill-Majjistral.

Sport