Friday, April 19, 2024

“Ġenituri inkwetati li uliedhom iridu jkomplu warajhom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’seduta oħra Parlamentari li fiha ġie diskuss il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo saħaq li sena fuq sena qegħdin nitilfu lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda.

Vassallo qal li llum huwa jiltaqa’ ma’ ġenituri li huma inkwetati għax jaraw lil uliedhom jixtiequ jibqgħu jgħixu fil-mistjier.

Huwa qal li jeħtieġ li nsalvaw il-provvista tal-ikel frisk u dan kollu jista’ jkun possibbli billi l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda jiġu megħjuna jegħlbu l-isfidi li jkollhom jaffaċċjaw ta’ kuljum.

Sport