Saturday, June 6, 2026

Geoffrey Acheampong viċin li jirritorna ma’ Mosta FC

Aqra wkoll

Geoffrey Acheampong jinsab viċin li jirritorna ma’ Mosta FC, hekk kif iż-żewġ partijiet bħalissa jinsabu f’diskussjonijiet avvanzati. Jidher li fil-jiem li ġejjin il-plejer se jkun qed jerġa’ jiffirma mal-klabb Mosti.

Għal Acheampong, dan ikun ritorn ma’ klabb li miegħu kellu l-ewwel esperjenza tiegħu fil-futbol Malti. 

Matul iż-żmien tiegħu ma’ Mosta FC, huwa lagħab total ta’ 26 partita.

F’Malta, Acheampong lagħab wkoll lil Sliema Wanderers FC, fejn lagħab aktar minn 60 partita u kien parti mit-tim li rebaħ l-FA Trophy.

Matul l-istaġun li għadda, Acheampong ingħaqad ma’ Birkirkara F.C., fejn lagħab 32 partita.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport