Saturday, June 6, 2026

Kurt Zammit se jfittex opportunitajiet ġodda

Aqra wkoll

Kurt Zammit mistenni jfittex opportunitajiet ġodda wara li waslet fi tmiemha l-avventura qasira tiegħu ma’ Mosta FC.

Huwa mifhum li l-plejer Kurt Zammit se jkun qed ifittex opportunitajiet ġodda wara li waslet fi tmiemha l-avventura qasira tiegħu ma’ Mosta FC.

Zammit, li għandu 30 sena, huwa prodott tan-nursery ta’ Birkirkara F.C., fejn lagħab aktar minn 200 partita matul il-karriera tiegħu.

Matul is-snin lagħab ukoll ma’ Tarxien Rainbows F.C., filwaqt li aktar tard kiseb esperjenza oħra ma’ Gzira United Football Club.

F’Jannar li għadda, Kurt Zammit beda avventura ġdida ma’ Mosta, fejn deher fi 12-il partita b’kollox.

S’issa fil-karriera tiegħu, Zammit rebaħ darba l-Kampjonat Premier u darbtejn l-FA Trophy, unuri li kiseb kollha ma’ Birkirkara F.C..

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport