Saturday, June 6, 2026

Nisa: Lejla diffiċli għat-team nazzjonali f’telfa barra minn darna

Aqra wkoll

Svizzera ……. 6

Malta ………….1

It-team nazzjonali Malti tan-Nisa tilef il-ħames logħba mill-fażi ta’ Kwalifikaz­zjoni għat-Tazza tad-Dinja 2027 meta safa megħlub  mill-Isvizzera bl-iskor kbir ta’ 6-1.

L-Isvizzeri mill-ewwel ħarġu fuq l-attakk u fil-ħames minuta kienet Sydney Schertenleib li kellha x-xutt djagonali  milqugħ tajjeb ferm minn Maya Cachia bejn il-lasti Maltin.

U dak li m’għamlitx Schertenleib f’dik l-azzjoni, wettqitu fit-tmien minuta meta wara li ħadet ballun f’nofs il-ground, xeħtet lob perfett li ħasad lil Maya Cachia għall-vantaġġ Svizzeru.

Il-Maltin irnexxielhom  jagħmlu l-iskor indaqs kontra x-xejra tal-logħob meta kienet Kailey Willis li qabdet lill-goalkeeper Livia Peng barra minn post­ha u b’lob ieħor perfett xeħtet il-ballun fix-xibka.

Iżda fit-22 minuta, l-Isvizzeri reġgħu ħadu l-vantaġġ meta  Seraina Piubel approfittat minn indeċiżjoni fid-difiża u b’xutt imkaxkar għelbet lill-goalkeeper Ca­chia.

L-Isvizzeri baqgħu peri­kolużi u fit-38 minuta għamluhom tlieta meta kien hemm azzjoni ta’ free-kick u Riola Xhemaili waħedha għelbet lil Cachia.

Fl-40 minuta, it-team immexxi minn Rafael Navarro skorja r-raba’ goal meta wara azzjoni ta’ corner, il-ballun wasal għal Aurelie Csillag li bir-ras kompliet tkabbar l-iskor għat-team tagħha.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, kienet Piubel li kellha x-xutt tagħha milqugħ minn Cachia.

Fit-52 minuta, l-Isvizzeri ngħataw penalty wara li di­fensur Maltija messet il-ballun b’idha. Mill-11-il metru kienet Riola Xhemaili li rat lill-goalkeeper Maltija tilqa’ tajjeb.

Fit-62 minuta, kienet Aurelie Csillag li serqet il-ballun mingħand Alexandra Gatt u fil-pront ixxuttjat iżda falliet il-mira.

Fis-70 minuta, l-Isvizzera għamluhom ħamsa meta wara żball ieħor difensiv kienet Geraldine Reuteler li mattret sieqha u xeħtet fix-xib­ka.

Fit-73 minuta, kienet Aurelie Csillag li laqtet il-lasta minkejja li kienet ostakolata minn Oceane Grange.

Mat-80 minuta, kienet Riola Xhemaili li pattiet għall-iżball tal-penalty meta skorjat is-sitt goal hekk kif ħadet vantaġġ minn azzjoni ta’ rebound.

Il-Maltin issa jilagħbu l- aħħar logħba tagħhom minn din il-kompetizzjoni kontra t-Turkija, nhar it-Tlieta li ġej, fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm.

Svizzera: 12-Livia Peng, 5-Noelle Maritz, 6-Geraldine Reuteler, 7-Riola Xhemaili, 8-Nadine Riesen, 9-Ana-Maria Crnogorčević (19-Ella Touon 83 min), 10-Sydney Schertenleib (22-Lia Kamber 46 min), 13-Lia Walti, 16-Aurélie Csillag (15-Leila Wandeler, 75 min), 17-Seraina Piubel (14-Smilla Vallotto 66 min), 18-Viola Calligaris – Coach: Rafael Navarro

Malta: 23-Maya Cachia, 2-Alexandra Gatt, 5-Jana Barbara (7-Emma Sophia Flannery 46 min), 6-Oceane Grange, 8-Rachel Cuschieri, 9-Kailey Willis, 10-Maria Farrugia, 13-Maya Lucia (18-Emma Xuereb 79 min), 14-Shona Zammit, 20-Nicole Sciberras (3-Tammy Falzon 75 min), 21-Haley Bugeja (11-Jade Flask 64 min) – Coach: Manuela Tesse

Referee: Kristina Georgieva (Bulgarija),

Assistenti: Liliya Dumbalakova (Bulgarija), Dorieta Valeva (Bulgarija),

Ir-Raba’ Uff.: Valeria Petrova (Bul­garija)

Skorers: Sydney Schertenleib 8, Seraina Piubel 22, Riola Xhemaili 38, Aurélie Csillag 40, Geraldine Reuteler 70, Riola Xhemaili 80 (S), Kailey Willis 18 (M)

Ammonita: Oceane Grange (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport