Aktar kmieni llum, membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta wieġbu għal nar f’vettura f’Ħaż-Żebbuġ.
Meta waaslu, il-membri tac-CPD sabu vettura u vettura oħra elettrika (EV) maħkuma min-nirien, bit-tielet vettura li ġarrbet ħsarat mis-sħana u min-nar.
Il-pumpiera bdew immedjatament l-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar, u b’suċċess ikkontrollaw l-inċident u tfew in-nar. Iż-żona ġiet imħarsa, mingħajr ma ġew irrappurtati korrimenti.
Ic-CPD tirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lil Transport Malta għall-assistenza u l-appoġġ tagħhom matul l-inċident.


