Tuesday, July 28, 2026
Home Sport Georgino Wijnaldum mistenni jirritorna fil-ground

Georgino Wijnaldum mistenni jirritorna fil-ground

0
560

Il-player ta’ nofs il-ground Olandiż, Georginio Wijnaldum, jinsab ferm viċin li jirritorna fil-ground u eventwalment il-logħob kompetittiv hekk kif fis-sit elettroniku ta’ Roma deher f’xi ritratti jiġri u jagħmel taħriġ individwali bil-ballun

Wijnaldum, li għandu 32 sena, ilu mweġġa’ għal ħafna żmien u għalhekk il-fatt li reġa’ deher fil-ground hi xi ħaġa ferm pożittiva.

Wijnaldum hu player misluf ma’ Roma mingħand PSG u s’issa deher darba biss sa minn Awwissu meta ġie akkwistat mill-club.