Friday, May 1, 2026

Għada se jiġu ordnati tliet djakni ġodda

Fra Mauro Zammit, Bro. Matthew Alfino u Bro. Raphael Axisa

Aqra wkoll

Għada s-Sibt l-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qiegħed jordna tliet djakni ġodda. Dawn huma Fra Mauro Zammit tal-Provinċja Maltija tal-Patrijiet Minuri Konventwali; u Bro. Matthew Alfino u Bro. Raphael Axisa tas-Salesjani ta’ Don Bosco.

Il-quddiesa li fiha ssir l-ordinazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u tibda fid-9.30am.

Ta’ min jgħid li permezz tal-ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda jsiru “qaddejja ta’ kulħadd”. Id-djaknu jiddedika ħajtu għall-qadi u s-servizz tal-poplu. Jkun jassisti lill-Isqof u anke lis-saċerdoti fil-quddiesa, jista’ jamministra l-magħmudija, jassisti għal żwieġ u anke jibda jaqra l-Evenġelu. Sena wara li jiġi ordnat djaknu, il-qaddej ta’ alla jieħu ordinazzjoni oħra biex b’hekk jiġi kkonsagrat qassis għal dejjem. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport