Saturday, May 4, 2024

Għadd ta’ prams fil-Polonja bħala solidarjetà mal-ommijiet Ukreni

Aqra wkoll

Huwa ġest sabiħ ferm meta f’mument diffiċli bħalma jinsabu għaddejjin minnu l-Ukreni, issib min hu lest li joffrilek spalla biex terġa’ tqum fuq saqajk.  

Musakovska tispjega kif “Ommijiet Pollakki ħallew numru ta’ prams mgħammrin b’kutri u bżonnijiet oħra għat-trabi f’wieħed mill-istazzjonijiet tat-trains ġewwa l-Polonja, għal meta l-ommijiet Ukreni jaslu l-Polonja bi wliedhom”.

Punt interessanti li rriżulta mill-gwerra li qed taffaċċja l-Ukrajna huwa li eluf ta’ nisa, ommijiet, aħwa u zijiet nisa li huma mġiegħla jitilqu minn djarhom huma meqjusa bħala protagonisti hekk kif magħhom qed iħarrbu tfal li mhux neċessarjament huma wliedhom. 

Bħalissa huwa stmat li madwar 100,000 ruħ kuljum qed jaqsmu l-fruntiera li hemm bejn l-Ukrajna u l-Polonja.

Sport