Tuesday, May 14, 2024

Jindarab gravi wara li ħabat ma’ ħajt bl-iscooter

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena residenti Raħal il-Ġdid weġġa’ gravi wara li tilef il-kontrol tal-e-kick scooter li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ ħajt. 

Dan seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ 23.45p.m. fi Triq is-Sitta u Għoxrin ta’ Marzu, 1972, il-Fgura. 

Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport