Monday, December 23, 2024

“Għalfejn?”… Papri jintremew fi stat ta’ deformazzjoni fl-Isla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

“Għalfejn din il-moħqrija? Għalfejn iċċaħħad lil ħaddieħor minn affarijiet li lanqas biss kont kapaċi tieħu ħsieb?” Dawn kienu uħud mill-mistoqsijiet ta’ qarrejja tagħna li kitbitilna dwar moħqrija ta’ annimali fl-Isla.

Din it-tfajla qalitilna li fil-lokalità tal-Isla mhux l-ewwel darba li tara xi xena ħelwa ta’ xi papra bil-frieħ li jpaxxu lil kull min jinnutahom, iżda li sfortunatament lanqas hi l-ewwel darba li dawn jisparixxu wkoll. Hekk ġara riċentament meta grupp ta’ madwar tmien papri osfru mill-post għal xi ġimgħat. 

Iżda aktar kmieni llum minflok dik ix-xena li tpaxxik, feġġet xena diżgustanti ta’ nuqqas ta’ rispett minn xi individwu jew individwi li wara li ndunaw li kien tard wisq irritornaw il-papri bil-gaġġa b’kollox fi stat ħażin ħafna.

Dan is-sit jinsab infurmat li ġew mgħarrfin uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li intervjenew minnufih. Sfortunatament, jidher li dawn il-papri mhux se jkun possibbli li jsalvaw minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih u skont dawn l-istess uffiċjali mhux eskluż li dawn tħallew f’dik id-daqsxejn ta’ gaġġa bil-konsegwenza li uħud minnhom qed isofru minn deformazzjonijiet u lanqas biss kapaċi jżommu fuq saqajhom.

L-appell ta’ din it-tfajla huwa wieħed sempliċi; “il-moħqrija hija kerha fuq kull tip ta’ annimal u jeħtieġ li jiħraxu l-multi għal min jinqabad jagħmel dawn l-azzjonijiet li huma biss riżultat ta’ irresponsabbilità kbira minn individwi egoisti”.

Ekonomija

Sport