Sunday, March 23, 2025

Għaliex Coles mexa fuq il-passi ta’ Jeremy Harbinson?

Aqra wkoll

Ftit ġimgħat biss wara li intemmet l-inkjesta tal-isptarijiet, fl-24 ta’ Settembru tas-sena 2024,  Andrew Robert Coles  applika sabiex ixolji din il-kumpannija. Fil-fatt il-kumpanjja ġiet xolta fil-25 ta’ Frar ta’ din is-sena. Andy Coles mexa fuq il-passi ta’ Jeremy Harbinson li wkoll eżatt kif intemmet l-inkjesta xolja l-kumpanjija tiegħu. Fis-siegħat li għaddew sar magħruf ukoll li espert iehor fl-inkjesta Samual Sittlington irid ukoll ixolji l-kumpanija tiegħu.

Esperti li tkellmu magħna allegaw li dawn it-tlett firmatarji ewlenin tar-rapport ta’ Harbinson Forensics xoljew jew jinsabu fil-proċess li jxolju l-kumpaniji taghhom sabiex jeqirdu l-audit trail ta’ dak li għamlu bil-għan li ħadd ma jkun jista’ jfittixhom.

Fl-unika darba li xehed fil-Qorti Jeremy Harbinson kien qal li Andy Coles kien investigatur finanzjarju anzjan mal-Pulizija fl-Irlanda ta’ Fuq. Minn nota bijografika unika dwaru li teżisti u li kitibha huwa, Coles jgħid li għadda mas-36 sena bħala law enforcement officer, 30 minnhom fil-Pulizija. Beda mal-Metropolitan Police, Londra. Imbagħad, lejn l-aħħar tas-servizz tiegħu għadda xi żmien mal-Police Service tal-Irlanda ta’ Fuq.

Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li hemm dellijiet oħra dwar Coles li qed jitilgħu fil-wiċċ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport