Proprju fl-aħħar jiem persuna jew persuni irresponsabbli għal raġunijiet li jafuhom huma għażlu li jġibu post partikolari miżbla sħiħa. Dan seħħ fil-Fgura, fejn intefa’ ammont kbir ta’ skart.
Il-Viċi Sindku tal-lokal, Clayton Cancun Portelli bl-għajnuna ta’ xi persuni oħra fosthom kuntrattur, ħadu inizjattiva u naddfu l-post.
F’kumment, il-Viċi Sindku iddikjara li “fuq rieda tiegħi u għax inħobb il-lokal, ħadt l-inizjattiva flimkien ma’ sħabi Laurance Gerada kif ukoll ma’ Jeremy Portelli li offra li jiġi jgħini minn qalbu bla ebda ħlas sabiex inaddfu żona li xi ħadd għoġbu iħammeġ. Xorta ser nitlob lill-Pulizija jinvestigaw il-każ.”