Friday, May 3, 2024

“Għalina int tifel speċjali, tifel b’karattru tal-ġenn, ġenwin u b’qalb tad-deheb”

Aqra wkoll

“Għalina int tifel speċjali, tifel b’karattru tal-ġenn, ġenwin u b’qalb tad-deheb … tifel li tħobb tara dik it-tbissima fuq fomm kulħadd u jekk ma tarax dik it-tbissima tara x’ser tivvinta,” fetħu l-messaġġ t’awgurju l-ġenituri ta’ Sheron f’għeluq it-12-il sena tiegħu.

Sheron huwa wiċċ familjari sew għal dawk is-segwaċi tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, fejn dan it-tifel seraq il-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin fil-ħin li kien jieħu l-irwol ta’ DJ.

“Din is-sena kienet waħda mill-isbaħ għalik; kienet mimlija b’avventuri ġodda kif ukoll opportunitajiet, u b’dawn l-esperjenzi madwarek int kont aktar determinat kif ukoll kont ta’ kuraġġ għal ħafna,” komplew ifissru l-ġenituri tiegħu.

Fl-aħħar nett huma temmew il-messaġġ tagħhom billi fakkruh li jħobbuh u li se jkunu dejjem hemm għalih, fit-tajjeb u fil-ħażin.

Sport