“Għall-grazzja ta’ Alla jien ninsab mhux ħażin … ninsab iddispjaċut ħafna bit-telfa tal-ħabib kbir tiegħi”. Iddikjara dan Leonard Bartolo – ir-raġel ta’ 45 sena minn Ħal Kirkop li lbieraħ ħelisha ħafif wara splużjonijiet fil-kumpless tan-nar San Ġużepp Ħal Kirkop.
Bartolo rringrazzja lil dawk kollha li ċemplulu jew bagħtulu xi messaġġi. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li filgħodu kienu xogħol u ħadu ħsiebu f’dan il-mument ta’ ħasda kbira.
Fl-istess inċident tilef ħajtu Leonard Camilleri – anzjan ta’ 64 sena li skont reazzjonijiet ta’ nies li kien hemm fl-akwati, kien waqaf jaħdem in-nar għal xi żmien, iżda riċentament reġa’ ċeda għal din il-passjoni li kellu.